X’kienu l-Gwerer Awstraljani u għaliex l-istorja mhix rikonoxxuta?

AusWars_16x9.jpg

The Australian Wars documentary Credit: Blackfella Films

Il-Gwerer tat-Territorju huwa term li ħafna drabi huwa wżat biex jiddeskrivi aktar minn mitt sena ta’ kunflitti vjolenti bejn dawk li ġew jissetiljaw f’dan il-kontinent u l-popli Indiġeni li seħħew waqt l-issetiljar Brittaniku fl-Awstralja. Għalkemm l-Awstralja tonora l-involviment tagħha fi gwerer miġġielda barra l-pajjiż, għadha trid tirrikonoxxi t-taqbida li għamlet l-Awstralja kif nafuha llum.


Punti Ewlenin
  • Il-Gwerer Awstraljani setgħu jkunu rikonoxxuti biss wara li l-proklamazzjoni ta’ ‘Terra Nullius’ kienet legalment sfidata u mibdula.
  • Il-gwerer Awstraljani kienu miġġielda fil-kontinent kollu Awstraljan mill-wasla tal-ewwel flotta fl-1788, sa nofs is-snin tletin tas-seklu l-ieħor.
  • Rekords kolonjali u provi arkeoloġiċi li kienu skoperti minn timijiet ta’ esperti juru l-iskala terribbli tal-konflitt.
TWISSIJA DWAR DAN IL-KONTENUT: Dan l-artiklu u l-podcast fihom referenzi ta’ vjolenza li jistgħu jikkaġunaw niket lil xi nies. 

Meta fuq ix-xtut ta’ dik li issa nafu bħala l-Awstralja, huwa ddikjara din l-art vasta bħala 'Terra Nullius', iġifieri li l-art mhi ta’ ħadd. Madankollu, din il-gżira kontinent kienet id-dar ta’ mijiet ta’ nazzjonijiet u tribujiet ta’ Aboriġini u Torres Strait Islander differenti – mijiet ta’ eluf ta’ nies Indiġeni li f’daqqa waħda kienu meqjusa bħala ‘sudditi’ tal-Kuruna Ingliża.

Dan kien il-bidu tal-, il-Gwerer tat-Territorju. Dawn kienu kunflitti brutali bejn il-popli Indiġeni u dawk li ġew jissetilja fl-Awstralja li wasslu għall-formazzjoni tal-Awstralja. Din hija storja li għadha kemm bdiet tiġi rikonoxxuta issa.

li tipproduċi l-films hija mara ta’ nisel Arrernte u Kalkadoon b’wirt Ewropew. Hija pproduċiet, "The Australian Wars”, serje ta’ dokumentarji li jagħtu dettalji dwar in-natura tat-taqbida li l-popli Indiġeni kellhom biex jiddefendu l-art tagħhom mill-Ingliżi li ġew jissetiljaw f’dan il-kontinent.

Dawn kienu gwerer li kienu miġġielda fl-Awstralja, u kienu gwerer li fil-fatt wasslu għall-istat modern Awstraljan.
Rachel Perkins, Filmmaker.
(Il-Gwerer Awstraljani) kienu miġġielda mal-kontinent kollu, mill-wasla tal-ewwel flotta fl-1788, sa nofs is-snin tletin tas-seklu l-ieħor. Imma dawn il-kunflitti ma kinux mgħallma fl-iskejjel jew sempliċement rikonoxxuti bħala gwerra sa tard is-seklu għoxrin.

huwa wieħed mill-istudjużi tal-istorja Awsraljana, l-aktar irrispettati u espert fil-gwerer. Meta beda jgħallem l-istorja fl-1966, kważi ma kien hemm l-ebda referenzi għall-poplu Indiġenu fil-kotba tal-istorja.

“Isemmu l-Aboriġini darbtejn biss, mingħajr dettalji, u l-anqas kien hemm biss referenza fl-indiċi tal-kontenut,” huwa jgħid.

Ara t-trailer għal The Australian Wars:
Il-Professur Reynolds jgħid li dan kien minħabba li l-Gwerer għat-Territorju ma kinux meqjusa bħal gwerra sħiħa f’nofs is-seklu għoxrin, billi l-kunflitt kien simili ta’ gwerra tal-gwerilli.

“Il-fehma kienet li l-ġlied kien żgħir u mifrux biex ikun ikkunsidrat skont il-gravità ta’ gwerra. Ma kienx hemm uniformi tal-gwerra, suldati jimmarċjaw... Lanqas kien każ ta’ formazzjonijiet kbar u battalji fis-sens klassiku ta’ gwerra. Madankollu kien ċar li kienet forma ta’ gwerra.”

, espert ieħor tal-istorja tal-Gwerer tat-Territorju Awstraljan, jaqbel. Huwa jgħid li din l-idea żbaljata hija riżultat tal-ewwel u t-tieni gwerra dinjija, li bidlu il-mod kif il-gwerra tkun meqjusa.

Madankollu, dawn it-tip ta’ gwerer kbar, mhumiex gwerer tas-soltu fl-istorja tal-umanità.

“Dak iż-żmien kienu jafuha bħala gwerra. Id-dokumenti kolonjali kollha jirreferu għaliha bħala gwerra, imma fis-seklu 20 u 21 tlifna l-importanza tagħha. U naħseb li kien hemm wkoll raġunijiet politici għaliex ħafna nies ma jistgħux jidentifikawha bħala gwerra,” jispjega Dr Clements.

Dawk ir-raġunijiet politiċi jmorru lura għall-kontradizzjoni legali bejn il-proklamazzjoni ta’ ‘Terra Nullius’ u l-liġi Ingliża. Nies Aboriġini kienu ddikjarati bħala sudditi tal-Kuruna, għalhekk l-Imperu ma setax “uffiċjalment jiddikjara gwerra... biex jagħmel hekk ifisser li jkun qed jiddikjara gwerra fuq iċ-ċittadini tiegħu stess,” tgħid Rachel Perkins.

“Madankollu, l-Ingliżi użaw forza militari biex jiżguraw li l-okkupazzjoni tagħhom tal-kontinent kienet suċċess,” iżżid tgħid.
 
Frontier War
Frontier conflicts took place across the nation. Source: Supplied / Australian War Memorial Source: Supplied

Mabo u l-bidla ta’ 'Terra Nullius'

Il-Gwerer Awstraljani setgħu jkunu rikonoxxuti biss wara l-proklamazzjoni li ‘Terra Nullius’ kienet legalment sfidata u mibdula, kmieni fis-snin disghin, f’dik li hija magħrufa bħala d-deċiżjoni storika ta’ Mabo.

“Sa dak iż-żmien, il-fehma kienet li l-Aboriġini ma kinux sidien tal-art, għalhekk il-ġlied ma setax ikun dwar il-kontroll tal-art, għax ma kellhomx xi titlu legali tal-art. Wara l-1992 u s-sentenza tal-qorti, in-natura tal-gwerra kellha tinbidel għaliex kienet ċara li l-kwistjonijiet kienu dwar għaliex dejjem isseħħ gwerra: il-kontroll dwar territorju,” iżid jgħid il-Professur Reynolds.

Dr Clements jgħid li n-nuqqas min-naħa tal-Imperu Ingliż li jagħraf li l-poplu Indiġenu huwa s-sid tal-art fl-Awstralja hija anomalija storika.

“Fil-Qalba tal-kolonizzazzjoni Ingliża tal-Awstralja kien hemm idea falza. B’differenzi mill-pajjiżi l-oħra kollha kolonizzati mill-Ingliżi, m’għarfux is-sovranità tas-sidien Indiġeni tal-Awstralja. Minħabba dan, ma kienx hemm ftehim, ma kienx hemm attentat ta’ negozjar man-nies tal-lokal u sallum għadna nsibuha diffiċli minn punt legali li nifhmu x’inhuma d-dirttijiet tagħhom tal-art.”

U dan in-nuqqas ta’ negozjar wassal għal tixrid brutali ta’ demm.

Rekords kolonjali u provi arkeoloġiċi li nstabu minn timijiet ta’ esperti juru l-iskala terribbli tal-konflitt.

(Il-Mużew Nazzjonali tal-Awstralja) biss hemm il-fdalijiet ta’ 400 antenati Aboriġini, li ħafna minnhom juru provi ta’ mwiet permezz ta’ esekuzzjonijiet, qtugħ tal-irjurs u massakri.

Rachel Perkins tgħid li d-dixxendenti ta’ dawk li ħelsuha mill-mewt dejjem jibqgħu jiftakru.
Ħafna nies Aboriġini jġorru l-istorja tagħhom. Nies Aboriġini għaddew l-istejjer tagħhom ta’ dak li ġralhom, dak li ġara lilna, dak li ġara fil-familji tagħna. Għalhekk jien kbirt naf dwar il-massakru ta’ niesi fi Queensland u naf bl-attakk vjolenti fuq il-bużnanna, eċċ.
Rachel Perkins, Filmmaker.
Rachel Perkins - The Australian Wars
Rachel Perkins - The Australian Wars Credit: Dylan River/Blackfella Films

Il-Gwerra Sewda

kienet l-aktar gwerra intensa fil-kunflitt tat-territorju fl-istorja tal-Awstralja.

“Waqt il-Gwerer tas-Suwed, aktar Aboriġini fit-Tasmanja nqatlu min-numru kollu ta’ dawk li tilfu ħajjithom fil-Korea, il-Malasja, l-Indoneżja, u l-Vjetnam f’missjonijiet għaż-żamma tal-paċi flimkien,” tgħid Rachel Perkins fis-serje dwar il-Gwerer Awstraljani.

Dr Nicholas Clements jgħid li l-livell ta’ vjolenza miż-żewġ naħat kien tant kbir, li awtoritajiet kolonjali u dawk li ġew jissetiljaw fl-Awstralja kienu “imwerwra”.

“Ir-reżistenza Aboriġina kienet evidenti. Kulħadd kien jaf lil xi ħadd fid-dinja kolonjali li nqatel jew kien ferut min-nies Aboriġini, li kellhom l-farms tagħhom maħruqa. Kien żmien tal-biża’,” huwa jgħid.

Fil-fatt, nies tal-affari tagħhom kienu qegħdin jaħsbu li jabbandunaw il-kolonja.
Dr Nicholas Clements, Espert tal-Istorja Awstraljana.
Imma l-Ewropej rebħu, u kważi qerdu għal kollox l-Indiġeni fit-Tasmanja.

Il-konfitt intensifika minħabba l-vjolenza sesswali.

“Il-bidu tal-vjolenza, dak li xegħel il-vjolenza, kienet il-vjolenza sesswali,” iżid jgħid Dr Clements.

L-istupru sistematiku u l-ħtif ta’ nisa Aboriġini kienu tant komuni, li r-raġuni li xi tribujiet ta' Aboriġini baqgħu jeżistu kienet l-attakki sesswali fuq in-nisa.

“Huwa b’miraklu li anke baqa’ dixxendenti Aboriġini fit-Tasmanja llum, għaliex kienu kważi nqerdu għal kollox, minħabba l-vjolenza,” jgħid Dr Clements.

What is Native Title explainer NITV Eddie Koiki Mabo
Eddie Mabo with his legal team. Source: SBS Credit: National Museum of Australia

Ġlied bl-istess mod

Biex tingħeleb ir-reżistenza Aboriġina f’ħafna partijiet tal-Awstralja, kolonjonisti ħolqu l-Pulizija Nattiva, forza paramilitari mħarrġa u wżata biex toħloq biża’ u terrur.

“Iddaħħal suldati nattivi, u tużahom bħala forza militari. Bla dubju din kienet forza maġġura biex tegħleb ir-reżistenza tal-Aboriġini,” jgħid il-Professur Reynolds.

L-irġiel kienu jingħataw uniformijiet, armi biex jisparaw, u żwiemel. Dr Clements jemmen li kienu manipulati minn uffiċjali bojod, li użawhom għall-għarfien Aboriġinu tagħhom u l-esperjenza fil-buxx.

“L-imwiet ikkaġunati mill-pulizija nattiva fi Queensland biss kienu eluf kbar. Huwa kkalkulat li l-figura tilħaq minn sittin sa tmenin elf. Dan huwa numru sinifikanti li jitfa’ sħaba kerha fuq dan l-arranġament kiefer,” huwa jgħid.

Australian Aboriginal camp in the nineteenth century
A nineteenth century engraving of an aboriginal camp - Marmocchi Source: Getty Source: Getty
Rachel Perkins kellha tiffaċċja din l-istorja kollha waqt li kienet qed tagħmel serje ta’ dokumentarji dwar l-Gwerer Awstraljani.

“Sibt rekording li sar min-nanna titkellem dwar kif il-familja t’ommha kienet massakrata, li qatt ma kont smajt qabel. Qatt ma kont fil-post fejn ġara dan il-każ u qatt ma sibt fejn seħħ dan, sakemm għamilt din is-serje ta’ dokumentarji,” hija tgħid.

Dr Clements, li l-preċedessuri tiegħu kienu minn dawk li ssetiljaw fl-Awstralja, jemmen li l-Awstraljani kollha, għandhom jgħelbu l-mistħija u jitfgħu dawl fuq l-inġustizzji tal-passat.

“Kemm jekk l-antenati ta’ xi ħadd kienu involuti jew le, aħna lkoll werrieta ta’ art Aboriġina, li kienet art misruqa. Tal-anqas kollha kemm aħna għandna sehem x’nagħtu fil-kxif ta’ din l-istorja, naċċettaw din l-istorja u nagħtu sehem f’futur pożittiv.”

Nowhere was resistance to white colonisers greater than from Tasmanian Aboriginal people, but within a generation only a few had survived the Black War.
Nowhere was resistance to white colonisers greater than from Tasmanian Aboriginal people, but within a generation only a few had survived the Black War. Source: The Conversation / Robert Dowling/National Gallery of Victoria via The Conversation Source: The Conversation / Robert Dowling/National Gallery of Victoria via The Conversation

Għaliex din l-istorja mhix imfakkra?

Il-Professur Reynolds jemmen li l-Awstralja bħala nazzjon li tonora s-suldati li mietu fil-gwerer permezz tal-ħafna momumenti, għandha tirrikonoxxi fil-miftuħ il-fatt li l-Gwerer tat-Territorju ġraw u huma mimlija b’atti kriminali kontra l-umanità.

“X’inhi r-raġuni li ma nistgħux naslu biex naċċettaw l-gwerer tal-Awstralja?” huwa jistaqsi.

“Dan mhux il-każ fl-Istati Uniti. Huma jgħarfu uffiċjalment il-kunflitt kollu mal-[Amerikani Nattivi] bħala gwerer. Lanqas mhu l-każ fi New Zealand tal-gwerer tal-Maori li dejjem kienu parti importanti mill-istorja.”

Rachel Perkins tgħid li r-raġuni għal din l-anomalija hija sempliċi.

“L-Awstralja hija wieħed mill-postijiet uniċi fid-dinja, fejn il-kolonisti ma telqux mill-pajjiż,” hija tgħid.

Il-kolonisti jew dawk li ġew biex jissetiljaw magħhom baqgħu fil-poter, għalhekk naħseb li dan jagħmilha daqsxejn diffiċli għan-nazzjon li jagħraf jew jiċċelebra lil dawk li ddefendew il-pajjiż għaliex il-forza tal-okkupazzjoni kolonjali ma telqitx!
Rachel Perkins, Filmmaker.
Dr Clements jemmen li l-frażi ‘biex ma ninsewx’ li nużaw ta’ spiss biex nonoraw is-suldati li tilfu ħajjithom fil-battalji, għandha tkun estiża għal dawk il-ġellieda li ġġieldu kontra l-okkupazzjoni Ingliża tal-artijiet tagħhom.

“Inħossni ferm aktar kburi jekk pajjiżi jirrikonoxxi b’kuraġġ il-passat tiegħu, dak li sar ħażin lill-predeċessuri tiegħu, u jikkommetti ruħu kompletament biex jikkoreġi dak il-ħażin mill-aħjar li jista’ fil-futur. Irrid lit-tfal tiegħi jikbru f’ambejnt fejn il-wirt Aboriġinu jkun preżenti u huwa rikonoxxut.”

tinsab fuq SBS On Demand. Is-serje tista' tkun segwita wkoll permezz ta' deskrizzjonijiet tas-smigħ/sotto titli għall-għomja jew udjenzi neqsin mid-dawl.
This content was first published in September 2022.

Share